Lokali Saħħa

Jiżdiedu fil-prezz numru ta’ mediċini

Fl-aħħar jiem, waqt li l-poplu Malti flimkien mal-bqija tad-dinja qed iħabbat wiċċu mal-kriżi tal-Coronavirus, bosta xorta waħda jridu jixtru l-mediċini essenzjali għal saħħithom.

Madanakollu kienu bosta dawk ir-rapporti li din il-kamra tal-aħbarijiet irċeviet f’dak li għandhom x’jaqsmu żiedu fil-prezzijiet ta’ uħud mill-mediċini. Fost dawn hemm is-Simvastatina Arena 20mg għall-Kolesterol, Aiopron100 għal kontra l-Uric Acid, Novorapid Penfill, insulina għal dawk il-persuni li jsofru mid-dijabete, u l-Humulin, insulina għal persuni dijabetiċi.

Din iż-żieda fil-prezzijiet, ukoll irreġistrata fil-pilloli tal-paracetamol, hija waħda li ma ngħatat l-ebda raġuni għaliha – bl-appelli lill-Gvern sabiex jirregola, skont is-setgħa li ttih il-liġi, dawn iż-żidiet fil-mediċini tagħna l-Għawdxin u l-Maltin.