Lokali Parlament

L-inċineratur se jsir fil-Magħtab

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia kkonferma fil-parlament li l-inċineratur se jsir fil-Magħtab. Dan wara li l-gvern għandu rapport li sar sentejn ilu u li jipproponi dan is-sit għall-inċineratur.

Din il-konferma l-Ministru Farrugia ta għal mistoqsija parlamentari tal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li staqsa wkoll dwar il-futur tal-meded kbar ta’ art li l-gvern se jieħu fil-Magħtab biex ikabbar il-miżbla.

Il-Ministru Farrugia ma kkonfermax jekk il-Gvern hux se jibqa’ għaddej bil-pjani tiegħu li jkabbar il-miżbla u jieħu meded kbar ta’ art agrikola. Hu sostna li bħalissa l-gvern jisnab għaddej bid-diskussjonijiet fosthom mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar.