L-Alġerija ħabbret li pposponiet id-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran li kienu skedati għal Ġunju tal-2021. Għalkemm dan l-avveniment kien skedat għas-sena d-dieħla, l-impatt tal-coronavirus fuq din is-sena, wassal biex l-Olimpjadi kienu sospiżi għas-sena d-dieħla, b’konsegwenza li diversi avvenimenti oħra se jipposponu kollox b’sena wkoll.
Id-19-il edizzjoni kellha suppost tibda fil-provinċja ta’ Oran fil-25 ta’ Ġunju u tintemm fil-5 ta’ Lulju tal-2021. Id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni mal-Kumitat Olimpiku tal-Alġerija. Sa issa kien hemm aktar minn 500 każ ta’ coronavirus fl-Alġerija, b’35 persuna jmutu, bl-ewwel każ imur lura għad-19 ta’ Frar.
//= $special ?>