Lokali

FILMAT: Trakk jieħu n-nar f’San Ġiljan

Filmat: Matthew Mulholland

Ftit tal-ħin ilu nirien qawwija ħakmu trakk fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan, fid-daħla ta’ Paceville.

Minn informazzjoni li għandna, it-trakk kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena meta żviluppa ħsarat li wasslu biex il-vettura tinħakem minn fjammi kbar.

Is-sewwieq li huwa minn Ħad Dingli, ma sofriex ġrieħi.

Fil-post waslu ħaddiema tat-tifi tan-nar tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00pm.