Coronavirus Sport

Ċans li din is-sena ma jintlagħabx iktar tennis

(Ritratt: EPA)

Skond is-CEO ta’ Wimbledon, Richard Lewis, it-tennis jista’ jirritorna s-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Dan wara li s’issa ġew ikkanċellati numru ta’ tournaments u Grand Slams, bl-aħħar wieħed li tittieħed deċiżjoni dwaru, jkun dak ta’ Wimbledon li kellu jsir bejn id-29 ta’ Ġunju u t-13 ta’ Lulju.

Lewis li t-terminu tiegħu bħala CEO mistenni jintemm f’Lulju li ġej, jittama li s-sitwazzjoni titjieb xi ftit sax-xhur tas-sajf u jkun jista’ jingħata bidu għall-Open tal-Istati Uniti li se jsir bejn l-24 ta’ Awisssu u t-13 ta’ Settembru. Iktar kmieni ġie pospost il-French Open bid-dati oriġinali kienu bejn l-24 ta’ Mejju u s-7 ta’ Ġunju. Issa mistenni li dan l-Open isir bejn l-20 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru.