Internazzjonali

Coronavirus: Jinqabżu l-1,000 vittma anki fil-Belġju

epa08289010 A woman wears a protective face mask due to coronavirus outbreak, in the city center Brussels, Belgium, 12 March 2020. Belgium authorities has confirmed 399 coronavirus cases. EPA-EFE/STEPHANIE LECOCQ

L-aħħar statistika mill-Belġju li bbażat fuq perjodu ta’ 24 siegħa, ikkonfermat li 183 persuna mietu mill-coronavirus (Covid-19), biex b’hekk in-numru tal-vittmi f’dan il-pajjiż tela’ għal 1,011 – dejjem skont l-aħħar aġġornamenti.

Iċ-ċifra għandha titqies bħala ‘spinta inkwetanti’ f’dan il-pajjiż, li jinsab fil-qalba tal-Ewropa u li għandu popolazzjoni ta’ 11.4 miljuni. Intant, l-aħħar stratistika rreġistrat żieda ta’ 60 mewta mill-coronavirus fuq iċ-ċifra tal-Erbgħa.

Il-viroloġisti u esperti mediċi oħrajn fil-Belġju qablu li mat-58 fil-mija fost il-15,348 każ tal-Covid-19 fil-Belġju jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, fejn il-maġġoranza tar-residenti huma Fjammini.

Dan waqt li l-esperti fil-pajjiż qed jgħidu li hu ħafna aktar importanti li persuna taħsel idejha waqt żżomm distanza minn aspett soċjali, milli tilbes maskla tal-wiċċ.