Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna kellna seba’ każijiet ġodda li ttestjaw fil-pożittiv għall-COVID-19. Dan hekk kif issa t-total jitla għal 195 każ.
Minn dawn is-seba’ każi, 6 kienu ta’ trazmissjoni lokali filwaqt li l-każ l-ieħor kien relatat ma’ safar.
Il-każi kollha li ttestjaw pożittiv fl-aħħar sigħat kollha jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba. Dan filwaqt li għadhom tnejn il-persuni li qed jinżammu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Għaxar każi oħra qed jinżammu fl-IDU filwaqt li 16-il persuna qed jinżammu fi sptar privat.
L-ewwel każ li ttestja pożittiv kien ta’ mara Maltija li għanda 22 sena. Din il-persuna hija qariba ta’ persuna li ġranet ilu kienet marret għal btala fil-Marokk.
Każ ieħor huwa ta’ ragel Filippin ta’ 36 sena li ma kienx imsiefer u ma kellu ebda kuntatt ma’ każijiet pożittivi. Huwa mar għax-xogħol għal xi ġranet …u għalhekk qed isir il-contact tracing ta’ dawk il-persuni li setgħu ġew f’kuntatt miegħu.
It-tielet u r-raba’ każijiet huma ta’ żewġ irġiel Maltin ta’ 48 u 27 sena li ma kinux imsifrin. Dawn kienu każijiet fejn l-individwi marru għax-xogħol.
Każ ieħor huwa ta’ mara ta’ 59 sena li kellha kuntatt ma’ 2 każijiet oħra li kienu relatati ma’ trażmissjoni lokali. Is-sitt każ huwa ta’ mara Maltija ta’ 43 sena li ma taħdimx.
L-aħħar każ kien ta’ mara Maltija ta’ 26 sena… health care worker li ma kinitx imsiefra. Hija marret gax-xogħol lejliet li ħasset is-sintomi u għalhekk bħalissa qed isir contact tracing ta’ min kien xogħol maghħa kif ukoll tal-pazjenti li setgħhu kellhom kuntatt ma’ dil-mara.
Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li qed ikun hemm tibdil fis-sintomi tal-coronavirus.
Il-Professur Gauci tkellmet ukoll dwar l-ahhar żviluppi li kien hemm min-naħa tal-Organizzazjoni Dinjija tas-Sahha, illi qed tikkonsidra li tbiddel l-opinjoni taghħa dwar l-użu tal-maskri. Charmaine Gauci qalet li min-naħa tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qegħdin l-ewwel jaraw l-impatt tal-maskri f’pajjiżi oħra.
Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika appellat lil dawk li ma jmorru jagħmlu t-test, biex tul iż-żmien ta’ stennija għar-riżultat ma joħorġux minn djarhom.
//= $special ?>