Ekonomija Lokali

HSBC Malta jħabbar appoġġ estiż tas-servizz online u bidliet fl-offerta tas-servizzi

HSBC Malta nieda serje ta’ miżuri, bħala parti mill-isforzi tiegħu biex iżomm kemm lill-klijenti kif ukoll lill-impjegati siguri u protetti waqt it-tixrid tal-COVID-19.

F’dawn iż-żminijiet ta’ sfida, il-bank hu kommess li jipprovdi appoġġ kontinwu biex iħares, kemm is-saħħa, kif ukoll l-interessi finanzjarji tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu.

Servizz ta’ kaxxiera nhar ta’ Sibt Il-fergħat ser ikunu miftuħin skont il-ħinijiet normali tal-ftuħ (8.30am sa 12.30pm) nhar ta’ Sibt. Iżda mis-Sibt 4 ta’ April sa ma jinħareġ avviż ieħor, il-ħames fergħat li joperaw mill-Mosta, Raħal Ġdid, tas-Sliema, il-Belt Valletta u Għawdex mhux se joffru servizz ta’ kaxxiera nhar ta’ Sibt. Isservizzi l-oħrajn kollha, li huma offruti bħalissa, se jkomplu jingħataw bħas-soltu.

Minimum Cash Withdrawal mill-fergħat B’mod temporanju, HSBC Malta qed jintroduċi Minimum Cash Withdrawal fil-fergħat kollha tiegħu. B’effett immedjat, il-klijenti jistgħu jiġbdu flus kontanti mingħand il-kaxxiera fil-fergħat, minn minimu ta’ €500 ’il fuq.

Il-klijenti li jkollhom bżonn jiġbdu inqas minn €500 huma mħeġġa li jużaw l-ATMs. Dawk li m’għandhomx Debit Card jistgħu jiġbdu l-flus mingħand il-kaxxier darba biss. F’dak il-waqt, il-klijent jintalab biex japplika għal Debit Card, li hi meħtieġa biex, għal quddiem, ikun jista’ jiġbed ilflus mill-ATMs.

Id-depożiti B’effett immedjat, mhux se jkun aktar aċċettat li d-depożiti jsiru għand il-kaxxiera. Id-depożiti kollha, kemm jekk fi flus kontanti jew b’ċekkijiet, għandhom isiru biss permezz tan-netwerk ta’ ATMs u magni tad-depożiti self-service tal-bank. Il-lista ta’ ATMs u magni tad-depożitu tinsab fuq https://www.hsbc.com.mt/branch-finder/ Muniti.

B’effett immedjat, il-muniti se jitqassmu biss f’boroż b’ammonti standard (standard bag amounts) u mhux f’denominazzjonijiet differenti (loose denominations). Sa ma jinħareġ avviż ieħor, dan isservizz ser ikun disponibbli nhar ta’ Ġimgħa biss.

Ċekkijiet imsarrfin minn klijenti li mhumiex tal-HSBC (Non-HSBC customer cheque encashment) Dawk li mhumiex klijenti tal-HSBC imma li jixtiequ jsarrfu ċekkijiet bil-kelma ‘Only’ fuqhom maħruġin mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, u li mhumiex f’pożizzjoni li japprovaw jew jaħtru terza persuna ta’ fiduċja biex tiddepożita dawn iċ-ċekkijiet u tiġbed flus mill-ATMs f’isimhom, jistgħu jagħżlu li jużaw il-fergħat tal-bank nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn it-08.30am u l-10.30am.

Estiżi s-sigħat ta’ appoġġ onlajn HSBC Malta ifakkar lill-pubbliku li t-talbiet għall-informazzjoni jistgħu jsiru permezz ta’ Facebook Messenger. Biex ikompli jappoġġja aktar lill-klijenti tiegħu, il-bank estenda ukoll il-ħinijiet ta’ appoġġ onlajn mit-08:00am sal-10:00pm, minflok mit-08:00am sal-4:00pm. Gregory Inglott, Deputat Kap tal-Wealth and Personal Banking tal-HSBC Malta, qal: “L-ewwel priorità u l-ikbar punt ta’ tħassib tagħna huma s-saħħa u l-ħarsien tal-impjegati u tal-klijenti tagħna.

Qegħdin insegwu u nissorveljaw is-sitwazzjoni mill-qrib u nadattaw is-servizzi tagħna b’mod xieraq u konformi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta. Irridu niżguraw li l-miżuri preventivi kollha jkunu fis-seħħ, filwaqt li nappoġġjaw lill-klijenti u l-impjegati tagħna f’dan iż-żmien ta’ sfida. Nirringrazzjaw lill-impjegati tagħna għall-ħidma tagħhom f’ċirkustanzi diffiċli kif ukoll għaddedikazzjoni tagħhom.

Fl-istess waqt, nirringrazzjaw ukoll lill-klijenti tagħna talli qed jifhmu din issitwazzjoni, kif ukoll għall-kollaborazzjoni tagħhom.” Aktar tagħrif, inklużi l-miżuri ta’ appoġġ għall-klijenti personali, jinsab fuq www.hsbc.com.mt/covid