Il-komiku Britanniku, Eddie Large — magħruf aħjar bħala wieħed mill-protagonisti fid-duo famuż ‘Little and Large’ — miet wara li marad bil-coronavirus waqt li kien qiegħed rikoverat l-isptar.
Il-komiku ta’ 78 sena — ismu proprju Edward Mcginnis — kien qed ibati bi problemi f’qalbu.
Large u sieħbu, il-komiku Syd Large, kienu attiraw udjenzi ta’ ‘il fuq minn 15-il miljuni permezz tal-Little and Large Show ta’ darba’ f’ġimgħa, li dam jixxandar fuq BBC One bejn l-1978 u l-1991.
//= $special ?>