Coronavirus Futbol Sport

Il-plejers ta’ Atlectico Madrid jaċċettaw tnaqqis ta’ 70% fil-pagi tagħhom

(Ritratt: EPA)

Il-plejers ta’ Atletico Madrid laħqu ftehim mal-klabb tagħhom li jkollhom tnaqqis ta’ 70% fil-pagi tagħhom biex ikunu jistgħu jgħinu lill-klabb iħallsu l-pagi tal-ħaddiema tal-klabb.

It-timijiet kollha ta’ Atletico Madrid iffirmaw ftehim li fih hemm żewġ klawsoli, l-ewwel waħda hi li jkun hemm tnaqqis ta’ 70% fil-pagi, bit-tieni klawsola jkun li t-tim ewlieni ta’ Atletico u l-Kumitat tal-klabb jħallsu nofs il- pagi tal-ħaddiema tal-klabb. It-Tnejn li għadda, l-istilla ta’ Barcelona, Lionel Messi ħabbar li hu u sħabu se jkunu qegħdin jieħdu tnaqqis ta’ 70% fil-pagi tagħhom biex ikunu jistgħu jitħallsu l-ħaddiema tal-klabb.