Kultura Lokali

Imut l-attur veteran Joe Izzo

Il-qasam tad-drama fuq il-palk u fuq it-televiżjoni f’Malta tilef lill-attur veteran Joe Izzo, li miet fl-età ta’ 74 sena. L-aħbar ingħatat l-ewwel fuq il-media soċjali.

Hu twieled f’Tas-Sliema u kien iben l-attur Charles Izzo, magħruf għall-karattru Kaspitina, li kien jinterpreta fis-sensiela oriġinali ta’ Wenzu u Rożi. Anke Joe kien attur komiku u direttur artistiku ta’ diversi xogħlijiet teatrali.

Ipparteċipa f’għadd ta’ reċti u produzzjonijiet televiżivi, fosthom fis-sensiliet Dejjem Tiegħek Becky u Dejà Vu fuq NET Television. Fl-aħħar snin, hu dderieġa wkoll diversi produzzjonijiet tal-Valletta Dramatic Company.

NET News u Media.Link Communications iwasslu l-kondoljanzi lil martu Bernadette, binhom Julian u qraba oħrajn tagħhom.