Coronavirus Futbol Sport

Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż jgħid li l-plejers tal-Premier League għandhom jaċċettaw tnaqqis fil-pagi

(Ritratt: EPA)

Fl-aġġornamenti li qegħdin isiru kuljum mill-Gvern Ingliż, is-Segretarju tas-Saħħa Matt Hancock qal li l-plejers tal-Premier League għandhom isegwu dak li qed jagħmlu l-plejers f’kampjonati oħra madwar l-Ewropa u jkollhom tnaqqis fil-pagi tagħhom. Dan qiegħed isir biex il-klabbs ikunu jistgħu jkomplu jħallsu lill-ħaddiema kollha fid-dawl tal-impatt finanzjarju negattiv li qiegħed iħalli l-coronavirus.

S’issa ebra’ timijiet tal-Premier League applikaw il-miżura tal-Gvern u sfurzaw u il-ħaddiema tagħhom joħorġu fuq leave sfurzat. Il-Gvern Ingliż ħareġ bi skema li jħallas 80% tal-pagi tal-ħaddiema li ma jkunux qegħdin jaħdmu. Hancock qal li f’dawn iż-żminijiet kulħadd irid jagħmel is-sagrifiċċji u l-kontribut tiegħu.

Din il-ġimgħa, l-Assoċċjazzjoni tal-Plejers Professjonali (PFA) fl-Ingliterra kitbet lil-plejers fejn wissiethom li hu importanti li qabel ma jaċċettaw tnaqqis fil-pagi jitkellmu mal-unions rispettivi tagħhom. Minkejja li s’issa għad m’hemmx ftehim uffiċjali s’issa, numru ta’ plejers diġa raw tnaqqis fil-pagi tagħhom. Il-kowċis ta’ Bournemouth u Brighton rispettivament diġa aċċettaw li jkollhom tnaqqis fil-pagi tagħhom.