Coronavirus Futbol Sport

Is-Serie A m’ għandux jitkompla – Massimo Cellino, sid ta’ Brescia

(Ritratt: EPA)

Massimo Cellino, is-sid tat-tim li jinsab fl-aħħar post tal-klassifka tas-Seria A, Brescia qal li l-kampjonat Taljan m’għandux jitkompla u jekk jitkompla jkun kaos sħiħ.

Cellino kompla li jekk jitkompla l-kampjonat jikkonsidra li t-tim tiegħu ma jkomplix jieħu sehem u minflok jagħżel li jagħti l-logħbiet ‘walkover’. F’intervistà ma’ ġurnal Taljan, l-eks sid ta’ Leeds United fl-Ingilterra, kompla li l-ebda tim ma huwa se jirritorna fil-forma li kien qabel u li se jkun hemm riskju għas-saħħa tal-plejers. Qabel ma twaqqaf il-kampjonat, Brescia sofrew telfa ta’ 3-0 kontra Sassuolo.

F’risposta għal dak li qal Cellino, il-President ta’ Lazio, Claudio Lotito qal li Cellino jrid li l-kampjonat jintemm minħabba li t-tim tiegħu jinsab fil-qiegħ tal-klassifika. Cellino rrisponda li hu ma jinteressaħx jekk it-tim tiegħu jiġix relegat jew le. Fi tmiem l-intervistà Massimo Cellino qal li l-plejers ta’ Brescia se jkunu ġejjin minn 45 ġurnata mingħajr ma jagħmlu attivita fiżika u jkollhom bżonn xahar ta’ taħriġ biex jiġu viċin il-forma li kienu qabel.