Lokali

L-MDIA tikkundanna aggressjoni fuq il-Professur Charmaine Gauci

Il-Malta Driving Instructors Association (MDIA) iddiżassoċjat ruħha u kkundannat l-aġir ta’ Driving Instructor li lbieraħ filgħaxija, minn jeddha, marret tistenna lill-Professur Charmaine Gauci barra l-binja tax-Xandir tal-Istat.

Fi stqarrija, l-MDIA qalet li bl-ebda mod ma tippromwovi, jew wisq aktar taċċetta, li l-membri tagħha jaġixxu b’dan il-mod. Għalhekk keċċiet b’mod immedjat lill-Instructor minn membru tagħha.

L-MDIA ngħaqdet fir-ringrazzjament lill-Professur Gauci għax-xogħol bla waqfien li qed tagħmel flimkien mal-awtoritajiet ikkonċernati biex jiġġieldu din is-sitwazzjoni li Malta tinsab fiha.