Coronavirus Internazzjonali Lokali

Malti jmut bil-Covid-19 fil-Kanada

Raġel Malti ta’ 88 sena tilef ħajtu fil-Kanada kawża tal-Coronavirus.

John Grima, li kien jgħix ir-Rabat, emigra lejn il-kontinent Amerikan ta’ Fuq meta kellu 18-il sena. Huwa telaq minn Malta biex ikompli l-karriera ta’ attur f’Hollywood, iżda mbagħad mar ikompli l-karriera tiegħu l-Kanada. Hu kien jgħix Toronto fejn hemm iltaqa’ ma’ martu Edith.

Grima, li kien artist rinomat, minn dejjem kellu l-passatemp tar-reċtar. Filfatt, hu kien stilla f’għadd ta’ drammi tat-teatru kif ukoll f’serje televiżivi.

Hu kien ħadem fuq xogħlijiet bħal “On camera”, “Top Cops” u kif ukoll “General Motors Presents”

John Grima ħadem ukoll f’numru ta’ films fosthom “The Golden Age” u “Killers of the Wild”

Hu mhux biss kien attur iżda wkoll kien jagħmel parti mill-Ordni ta’ San Ġwann bħala kavallier.

L-imħabba tiegħu lejn Malta dejjem baqgħet ħajja, u fil-profil personali ta’ Twitter mhux l-ewwel darba li kien jaqsam xi aħbar li għandha x’taqsam ma’ Malta.

John Grima kien iħobb il-mużika orkestrali, u kien isegwi lit-tenur Malti Oreste Kirkop.