Coronavirus Lokali

Messaġġ ta’ Solidarjetà mas-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika

Ritratt: Martin Agius

Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-inċident li seħħ ilbieraħ barra l-bini tal-PBS fejn is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, l-Professur Charmaine Gauci sfat insulentata, u jesprimi is-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-istess Charmaine Gauci.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech permzz ta’ stqarrija sellem lill-Professur Gauci bħala l-persuna li bl-akbar dedikazzjoni u impenn qed tkun tal-akbar sostenn lill-poplu Malti kollu f’din il-fażi diffiċli li għaddej minnha pajjiżna minħabba l-Covid-19, u jerġa’ jtenni l-appell bla riserva tiegħu lill-poplu kollu li għandna nsegwu bl-aktar mod assolut id-direttivi kollha li ningħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa li qed jagħmlu dan biex iħarsu saħħitna.