Sport Sport Ieħor

Posposta wkoll it-tellieqa ta’ Franza tal-Moto GP

(Ritratt: EPA)

Il-bidu tal-istaġun tal-Moto GP issa ġie pospost għall-aħħar ta’ Mejju wara li ġiet ikkonfermata li t-tellieqa ta’ Franza f’Le Mans se tkun posposta wkoll. It-tellieqa li kienet skedata għas-17 ta’ Mejju, saret il-ħames tellieqa li ġiet posposta minn meta tħassret l-ewwel tellieqa tal-istaġun fil-Qatar.

Bħalissa hemm diskussjoni biex it-tlielaq ta’ Franza u Spanja jiġu skedati għal data oħra iżda dan irid iseħħ meta s-sitwazzjoni tal-coronavirus tkun aktar ċara. It-tellieqa skedata li jmiss hi f’Mugello l-Italja fil-31 ta’ Mejju iżda din ukoll tidher li se tkun posposta.

F’Ġunju hemm skedati tlielaq f’Katalunja, il-Ġermanja u l-Olanda. Il-posponiment ta’ Le Mans, tpoġġi f’dubju wkoll it-tellieqa tal-Formula 1 fiċ-ċirkwit Le Castellet fit-28 ta’ Ġunju. Bħal Moto GP, l-istaġun tal-Formula 1 għadu ma bediex.