Coronavirus Lokali

Riċerka marbuta mal-COVID-19 – Kif qed taffwettwa is-saħħa mentali tal-poplu Malti nġenerali

Il-Fondazzjoni Richmond ingħaqdet mal-kumpanija ewlenija ta’ riċerka ‘Esprimi’. Dan sabiex ikun hemm aktar għarfien fuq kif is-saħħa mentali tal-poplu Malti qed tiġi affettwata mis-sitwazzjoni preżenti marbuta mal-virus COVID-19.

“Il-mira tagħna hi li nosservaw sewwa sew l-istat psikoloġiku tal-Maltin u l-Għawdxin waqt l-impatt ta’ din il-pandemija. Apparti dan l-ewwel stħarriġ, se nkomplu nwettqu aktar riċerka sabiex nifhmu aħjar l-esperjenza tar-residenti Maltin li għexu taħt l-ordni tal-kwarantina, flimkien ma’ miżuri oħra.

“Dan sabiex nifhmu aħjar kif ċertu sintomi mentali jistgħu jiġu nnutati minn żmien bikri, u għalhekk jiġu mwettqa l-interventi neċessarji mill-Fondazzjoni Richmond, b’ rakomandazzjonijiet lil Gvern.

“Il-ħsieb wara dan l-istħarriġ huwa sabiex jiġu mifhuma aħjar ċertu aspetti relatati massaħħa mentali wara dawn il-miżuri mwettqa mingħajr preċedent. Dan wara li numru kbir ta’ persuni esprimew tħassib u ansjetà hekk kif ġiet imħabbra l-aħbar talpandemija li misset lil pajjiżna wkoll”.

Ic-CEO tal-Fondazzjoni Richmond, Stephania Dimech Sant filwaqt li aċċennat fuq l-importanza tas-saħħa fiżika, saħqet wkoll fuq kemm din ilpandemija ġabet magħha problemi relatati mas-saħħa mentali filkomunità tagħna.

Dan jaf iħalli effett akbar u aktar fit-tul minn dak marbut mas-saħħa fiżika. Għalhekk, il-bżonn tagħna li nosservaw u ngħarfu sew kif l-aħjar inħarsu is-saħħa mentali tal-kommunita tagħna flimmedjat, u bl-aktar mod effiċjenti u efffetiv. l-istħarriġ

Dan l-istħarriġ jieħu madwar 15 il-minuta sabiex jimtela. Ir-risposti tagħkhom se jiġu miġbura u miżmuma għall-konklużjonijiet neċessarji. L-ismijiet tal-parteċipanti mhux se jiġu ppublikati fir-riżultat.

Ic-CEO ta’ ‘Esprimi’, Marco Parnis, sostna fuq l-importanza tas-saħħa mentali, u għalhekk il-bżonn li ngħinu lil dawk li qed isofru u jeħtieġu l-għajnuna. Tenna kemm hu mportanti nħarsu l-quddiem, u għalhekk kemm il-pubbliku għandu jiġi mħeġġeġ jipparteċipa sabiex nifhmu aħjar l-bżonn tal-poplu.

F’din iċċirkostanza, is-servizz ta’ riċerka marbut mal-COVID-19 qed jingħatha mingħajr ebda miri ta’ qliegħ jew profitt. Tenna wkoll l-imporantza li jingħata tagħrif siewi sabiex il-Fondazzjoni Richmond tkun tista’ toffri servizzi relevanti lill-komunità. Il-konklużjonijiet tar-riċerka se jkunu disponibbli għal pubbliku bil-mira li sservi ta’ ġid u għarfien għal-kullħadd.

Din ir-riċerka qed tiġi iffinanzjatha minn Mint Health Ltd. Matthew Gatt, CEO ta’ din ilkumpanija tenna li Mint Health qegħdha tissapportja bis-sħiħ din l-inizjattiva, u għalhekk aċċettat li tfondi il-ħtiġijiet ta’ din ir-riċerka.

Għal aktar informazzjoni iktbu lil svetlana.gatt@richmond.org.mt Ara l-paġna tal-internet tal-istħarriġ tar-riċerka tal-Fondazzjoni Richmond għal aktar dettalji u segwi l-aġġornamenti dwar ir-riċerka.

Issapportjaw lil Fondazzjoni Richmond sabiex tkun tkompli tipprovdi servizzi b’xejn lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna iżda ma’ jistgħux iħallsu. Il-Fondazzjoni Richmond qed tesperjenza żieda fid-domanda għas-servizzi tagħha, iżda fl-istess waqt qed issofri nuqqas ta’ dħul finanzjarju.

Minkejja dan, l-istaff jibqa’ mpenjat jaħdem qatiegħ sabiex jiżgura li l-klijenti fil-bżonn jingħataw servizz kontiwu. Inti tista toffri l-għajnuna tiegħek lill-fondazzjoni permezz tal-iskema ‘Gift of Therapy’.

Id-donazzjonijiet jagħtu opportunità lil fondazzjoni toffri terapija b’xejn lil dawk b’diffikultajiet finanzjarji. Donazzjonijiet iżgħar jistgħu jingħataw permezz ta’ SMS filwaqt li kontribuzzjonijiet kbar mill-kumpaniji jistgħu isiru permezz ta’ bank transfer jew ċekk. Għal aktar informazzjoni ikteb fuq svetlana.gatt@richmond.org.mt /