Ekonomija

von der Leyen tappella lill-Mexxejja Ewropej għal skema ta’ assigurazjoni kontra l-qgħad

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen appellat lill-Gvernijiet Ewropej biex juru solidarjetà Ewropea tanġibbli, filwaqt li jaħdmu favur l-iskema ta’ riassigurazzjoni fil-ġlieda kontra l-qgħad fil-pajjiżi kollha milquta.

L-iskema, imsejħa “SURE”, qed titlob lill-pajjiżi membri joffru 25 biljun ewro f’garanziji ħalli l-Kummissjoni tkun tista’ tipprovdi dejn ta’ 100 biljun ewro fi swieq kapitali. Il-President tal-KE qalet li l-aktar ħaġa importanti hi l-protezzjoni tal-impjiegi u li meta l-magna tal-ħajja terġa’ tinxtegħel, l-ekonomija tixgħel magħha.

Il-proposta mistennija tkun diskussa fost il-Ministri tal-Finanzi tal-Istati Membri l-ġimgħa d-dieħla, fejn von der Leyen tinsab ottimista li se tkun adottata malajr. Qalet li l-Mexxejja Ewropej li diġà tkellmet magħhom esprimew interess fl-iskema.

Il-President tal-KE spjegat li l-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea mistenni jkun qed jindirizza din il-kriżi għax il-Kummissjoni trid li jinħoloq pjan ta’ rkupru.