Kunsilli Lokali Lokali

5 Sindki jitolbu biex il-ħin ta’ tħaffir u skavar ikun limitat għal filgħodu

Arkivji

L-anzjani u l-vulnerabbli qed jiġu mitluba bil-liġi biex jibqgħu ġewwa – t-tisbit u l-istorbju ma’ ġenbhom jissokta

Fi stqarrija konġunta 5 kunsilli lokali; il-kunsilli ta’ San Ġiljan, Swieqi, Sliema, Gzira u San Ġwann saħqu li qed jirċievu diversi ilmenti mingħand ir-residenti tagħhom, b’mod partikolari mingħand anzjani, dwar l-inkonvinjent żejjed tax-xogħolijiet tal-kostruzzjoni f’dan il-mument fejn qed jiġu mħeġġa jibqgħu ġewwa fi kwarantina preventiva.

Fl-istqarrija; ffirmata minn Albert Buttigieg, Sindku ta’ San Ġiljan, Anthony Chircop, Sindku ta’ tas-Sliema, Trevor Fenech, Sindku ta’ San Ġwann,Noel Muscat, Sindku ta’ Swieqi u Conard Borg Manche, Sindku tal-Gzira – intqal li l-anzjani u persuni vulnerabbli oħrajn qegħdin mitluba bil-liġi li ma joħorġux dawn l-istess persuni ma jistgħux joqgħodu l-ġurnata sħiħa f’djarhom meta hemm ħsejjes u xogħol ta’ tħaffir, skavar u kostruzzjoni propju mhux biss biswiet djarhom imma anke fil-viċinanza tagħhom.

Dan igħodd uoll għal dawk li qegħdin jaħdmu mid-djar tagħhom fuq forma ta’ teleworking.

Huma ddomandaw kif wieħed jista’ joqgħod miġbur f’daru l-ġurnata kollha meta hemm dan l-inkonvinjent? Tajjeb li ngħidu wkoll li diversi minn dawn l-anzjani u persuni vulnerabbli ma jistgħux lanqas jiftħu t-twieqi tagħhom minħabba t-trabbijiet.

Is-Sindki komplew jispjegaw li dan kollu qiegħed iwassal għal ansjetà kbira fost ir-residenti tagħhom.

“L-iżviluppaturi jridu jagħmlu l-parti tagħhom ukoll”

Għaldaqstant talbu lill-Ministru Aaron Farrugia, lill-Awtorità tal-Ipjannar u lill-MDA biex tal-anqas jitnaqqsu l-ħinijiet li jista’ isir ix-xogħol ta’ tħaffir u eskavar bejn 8.30 am u 1.00 pm.

Huma saħqu li f’mument fejn kulhadd qiegħed jiġi mitlub jagħmel il-parti tiegħu, liż-żviluppaturi u s-sidien għandhom jagħmlu l-parti tagħhom ukoll f’dan il-mument partikolari u jibgħatu sinjal li huma wkoll għandhom f’qalbhom l-interess tar-residenti.