Coronavirus Lokali

Appell biex jingħalqu l-banek matul il-ġurnata tas-Sibt – MUBE

Filwaqt li l-Malta Union of Bank Employees (MUBE) qed tkompli tappoġġja l-isforzi ta’ min iħaddem u tal-impjegati biex tlaħħaq mal-għoti tas-servizz essenzjali, qed tappoġġja deċiżjoni mill-Banek Kummerċjali li tagħlaq nhar ta’ Sibt biex tgħin tnaqqas ir-riskju ta’ tixrid tal-COVID-19.

Minbarra li tipproteġi lill-impjegati, l-impatt ta’ deċiżjoni bħal din tgħin biex tnaqqas it-tixrid tal-virus minħabba li jekk il-banek ma jiftħux nhar ta’ Sibt, ikun hemm hemm inqas nies fit-toroq.

Għal dan il-għan, MUBE għal darb’oħra tesprimi l-appoġġ sħiħ tagħha lill-membri kollha li jaħdmu fl-industrija u li qed ikomplu jwasslu s-servizz essenzjali filwaqt li juru solidarjetà mal-Mediċi, l-infermiera u l-ħaddiema u l-Awtoritajiet tas-Saħħa għall-ħidma imprezzabbli tagħhom.

Intant, il-MUBE għamlet it-talba tagħha biex il-banek jiftħux nhar ta’ Sibt kemm mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kif ukoll lill-Prim Ministru.