Coronavirus Lokali

Attivitajiet varji għall-anzjani

Il-kriżi tal-Coronavirus sfortunatament firditna minn mal-għeżież tagħna, speċjalment dawk anzjani li żgur għalihom dan hu żmien diffiċli wkoll.

Iżda għar-residenti tas-Simblija Care home, dan il-perijodu qed joffri wkoll opportunita ghal aktar attivitajiet, bl-impenn dirett tal-istaff u l-impjegati tal-istess residenza fin-Naxxar.

Tkellimna ma’ Kimberly Agius Cutajar, Events and Activities Manager f’din ir-residenza fejn spjegatilna l-inizjattivi li qed jittieħdu biex anke jgħinu s-saħħa mentali tar-residenti tagħhom.

Fost dawn l-innizjattivi, qed isiru window chats fejn qraba jkunu jistgħu jikkomunikaw minn wara ħġieġa u video-chats permezz ta’ tablets li qed jiġu provduti lill-anzjani residenti.

L-attivitajiet ma jonqsux, fosthom movement classes, tombla, crafts, mużika li jistgħu isegwu mill-gallariji tagħhom, kif ukoll bosta servizzi ta’ sbuħija.

Tkellimna wkoll ma’ numru kbir ta’ ħaddiema u stajna nsegwu mill-qrib kemm jagħmlu xogħlhom mill-qalb fejn anke daħlu jgħixu fl-istess residenza biex jaqtgħu l-kuntatt barra l-care home għall-ġid tas-saħħa tal-anzjani.