Żiedu għal 202 l-ammont totali ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus irrapportati fil-Gżejjer Maltin.
Dan wara li tħabbar mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, Profs. Charmaine Gauci, li fl-aħħar 24 siegħa ġew ittestjati pożittivi 7 ġodda minn 749 test.
mara maltija 28 sena tahdem l-ingilterra keinet qiegha fuq cruise giet lura mil-ingilterra, ghamlet jumejn hemm, giet lura 23 ta marzu – bdiet bis-sintomi waqt li kienet gejja lura bis-soghla contact tracing fuq il flight tat 23 ta marzu.
Fost is-sebgħa li ġew ttestjati pożittivi hemm 3 każijiet ta’ trażmissjoni lokali. L-ewwel każ huwa ta’ Niġerjan ta’ 33 sena li qed jinżamm fl-Open Centre ta’ Ħal Far. Profs. Charmaine Gauci saħqet li sitt persuni li kienu qed jirrisjedu miegħu qed jinżammu taħt kwarantina filwaqt li sostniet li ma jidhirx li kellu kuntatt mal-impjegati tal-post. Il-barrani ma kienx qed jattendi x-xogħol.
Dan filwaqt li mara Taljana ta’ 36 sena, residenti Malta – ttestjat pożittiv f’test ta’ rutina ftit qabel ma wettqet ċesarja sabiex twelled tarbija. Hija ma kienetx qed tattendi għax-xogħol u għaldaqstant qed isir contact tracing bejn il-qraba.
Finalment, żagħżugħa ta’ 23 sena, kollega fuq l-istess xift tal-ħaddiem li ttestja pożittiv li kien jaħdem fil-Lidl ta’ Ħal Safi. Għaldaqstant minn dan is-supermarket ġew ittestjati pożittivi żewġ persuni. Is-sintomi tagħha bdew fl-1 ta’ April. Dan ifisser li ma kienetx qed tattendi għax-xogħol minħabba li kienu diġà ttieħdu l-passi kollha meħtieġa diġà.
Dan filwaqt li l-4 każi oħra kienu relatati ma’ safar. L-ewwel każ huwa ta’ raġel ta’ 55 sena li jgħix fir-Renju Unit. Huwa wasal Malta fid-19 ta’ Marzu, bis-sintomi ħarġulu fil-31 ta’ Marzu. Fortunatament huwa żamm mal-miżuri ta’ kwarantina.
Każ ieħor huwa ta’ mara Maltija ta’ 62 sena li ġiet lura mill-Awstralja b’connection flight mill-Ingilterra wkoll fl-20 ta’ Marzu. Is-sintomi ħarġulha fil-31 ta’ Marzu waqt li kienet fi kwarantina. Għaldaqstant qed isir contact tracing mal-membri tal-familja tagħha.
Żagħżugħa ta’ 28 sena ttestjat pożittiv wara li għamlet il-wasla tagħha mill-Ingilterra, proprju fejn taħdem. Hija ħarġulha s-sintomi fit-23 ta’ Marzu, b’sintomi ta’ sogħla mal-wasla tagħha f’Malta. Filwaqt li l-persuna żammet mal-miżuri ta’ kwarantina qed isir contact tracing mal-persuni li kienu abbord fuq l-ajruplan mat-tfajla.
Finalment, raġel ta’ 55 sena ħarġulu s-sintomi fit-23 ta’ Marzu. Huwa jagħmel parti minn cluster ta’ żewġ persuni oħra li aktar kmieni kienu ġew ttestjati pożittivi għal Covid-19. Għaldaqstant huwa kien qed iżomm mal-kwarantina.
Profs. Charmaine Gauci saħqet li r-raġel li kien qed jinżamm fuq il-ventilator għadu qed jingħata l-kura fl-ITU.
Mistoqsija minn din il-kamra tal-aħbarijiet, dwar il-każ ta’ COVID-19 fl-Open Centre ta’ Ħal Far, Profs. Charmaine Gauci falliet milli twieġeb dwar l-allegazzjonijiet li żewġ persuni li jifrekwentaw lin-Niġerjan fallew milli jirritornaw lura fl-Open Centre. Ħaddiema li tkellmu ma’ Net News saħqu wkoll li persuna li tifrekwenta lir-raġel, ħarġet għax-xogħol illum. L-impjegati saħqu li jinsabu nkwetati ferm, ankè minħabba l-fatt li dan ir-raġel ma kienx qed joħroġ – ankè kif konfermat minn Profs. Gauci – u għaldaqstant xi ħadd daħħal il-virus fl-Open Centre minn barra.
//= $special ?>