Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: Fl-Italja jmutu 766 f’24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa fil-pajjiż ġar tagħna tilfu ħajjithom 766 persuna. Dan filwaqt li l-każi fl-Italja żdiedu b’2,339 filwaqt li l-imfejqa żiedu għal 1,480.

Dan filwaqt li fir-reġjun tal-Lombardia għaldarb’oħra kien hemm sinjali pożittivi madanakollu l-Awtoritajiet Taljani qed jisħqu sabiex kulħadd jibqa’ taħt allerta u jżomm mal-miżuri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Madwar id-dinja l-każi pożittivi jilħqu l-1,056,581. Dan filwaqt li l-ammont ta’ persuni li rkupraw mill-Coronavirus qabżu l-224,000 u sfortunatament il-fatalitajiet totali huma dawk ta’ 55,780.

Intant għall-ewwel darba fl-istorja, f’Napoli mhux ser ikunu qed joħorġu bil-purċissjoni fil-festa ta’ San Gennaro – dan bħala miżura kontra l-firxa tal-Coronavirus.