Futbol Sport

Dalwaqt fid-9:30pm fuq Net Television | Aktar rakkonti mill-passat tal-futbol Malti

Dalwaqt, illejla fid-9:30pm se tkun qed tixxandar edizzjoni oħra interessanti, u b’servizzi mill-istorja tal-imgħoddi tal-futbol Malti, f’Replay tal-Ġimgħa filgħaxija. Matul tmiem il-ġimgħa, Replay qed ikollu żewġ appuntamenti televiżivi fuq Net Television, fejn matulhom qed jixxandru servizzi riċerkati li jirrakontaw stejjer differenti mill-istorja tal-logħba lokali. Ilejla, fil-programm li se jibda dalwaqt fuq Net Television, se tkunu tistgħu ssegwu:

·      Żewġ dokumentarji qosra mis-sensiela ‘Eku tal-Passat’, dwar il-finali tal-FA Trophy tal-1987 li kienet ntlagħbet bejn Hamrun Spartans Football Club u Sliema Wanderers FC, kif ukoll il-finali tal-FA Trophy tal-1999, bil-finalisti f’dik is-sena kienu Valletta Football Club u Birkirkara F.C. Iż-żewġ dokumentarji huma miktuba minn Christian Micallef u t-tnejn għandhom ir-rakkont ta’ eks plejers li lagħbu f’dawk iż-żewġ partiti rispettivi.

·      Mir-rokna li tant kienet popolari f’Replay, madwar seba’ snin ilu, ‘Top 5′, ilejla se nsegwu l-klassifika ta’ missier u iben li t-tnejn li huma lagħbu mat-tim nazzjonali Malti fl-istorja tal-futbol tagħna. Dan is-servizz kienet tippreżentah u tanimah Sarah Agius.

·      Intervista minn rubrika oħra, tant popolari mat-telespettaturi li jsegwu Replay, ‘X’Sar Minnhom?’ mal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti u l-aqwa skorer tal-Kampjonat Premier fl-istaġun 1995/96, Aldrin Muscat.

·      Mir-rubrika li bdiet f’din l-iskeda, ‘Stilel tal-Futur’, illum se niltaqgħu mal-plejer internazzjonali Malti u ta’ Hibernians F.C., Myles Beerman.

Replay tal-Ġimgħa filgħaxija jixxandar bl-appoġġ ta’ Paparazzi 29 RestaurantFloors Of StoneIZIBET, Dragonara Casino, DOVE, Lynx MaltaChurchill Master Butchers u Weetabix Protein.