Futbol Sport

Hansi Flick jiffirma kuntratt sal-2023 ma’ Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich laħqu ftehim mal-kowċ tagħhom Hansi Flick biex jibqa’ magħhom sal-2023. B’hekk issa Flick inħatar bħala kowċ permanenti wara li ħa f’idejh it-tmexxija taċ-champions Ġermaniżi f’Novembru li għadda wara li keċċew lil Nico Kovac.

Is-CEO tal-klabb, Karl-Heinz Rummenigge qal li l-klabb jinsab sodissfatt bil-ħidma ta’ Flick, bit-tim Ġermaniż jagħmel titjieb fil-logħob tiegħu u fir-riżultati, b’Bayern ikunu l-uniku tim Ġermaniż li għadhom jikkompetu fi tliet kompetizzjonijiet. Bayern Munich jinsabu erba’ punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-Bundesliga, kif ukoll jinsabu mal-aħħar erbgħa fit-Tazza Ġermaniża u fil-kwarti finali tal-UEFA Champions League.