Coronavirus Sport Sport Ieħor

Il-ġlieda bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev posposta

(Ritratt: Tottenham Hotspurs.com)

Il-ġlieda għat-titlu tal-heavywieght bejn Anthony Joshua u Kubrat Pulev li kellha ssir fl-20 ta’ Ġunju ġiet posposta. Fil-ġlieda li kellha ssir fit-Tottenham Hotspur Stadium, Joshua kien se jkun qiegħed jiddefendi t-titli tal-IBF, WBA, WBO  u l-IBO iżda minħabba l-pandemija tal-coronavirus l-isport kollu fl-Ingilterra jinsab wieqaf.

L-organizzaturi tal-ġlieda, Matchroom Boxing fi stqarrija qalu li d-data l-ġdida se tkun mħabbra fil-ġranet li ġejjin u se jippruvaw li ssir xorta waħda fit-Tottenham Hotspur Stadium.