Lokali

Il-MPT b’rigrazzjament lill-impjegati tagħha

Permezz ta’ filmat ippublikat fuq il-midja soċjali, Malta Public Transport irringrazzjat lill-ħaddiema tagħha għad-dedikazzjoni u l-impenn li qed juru matul dawn il-ġimgħat li tulhom il-Gżejjer Maltin spiċċaw jissieltu waħda mill-akbar sfidi fl-aħħar 100 sena.

MPT irringrazzjat b’mod partikolari lil dawk kollha li ma jistgħux jagħmlu xogħolhom mid-dar, b’mod speċjali dawk is-sewwieqa ta’ tal-linja.

Malta Public Transport spjegat li tapprezza lill-ħaddiema fid-dipartimenti kollha, li qed jagħtu xogħol u servizz minkejja ċ-ċirkostanzi.

Dan filwaqt li l-pubbliku ġie mħeġġeġ sabiex isegwi l-istruzzjonijiet tas-saħħa, għas-sigurtà tagħhom kif ukoll għall-passiġġieri l-oħra u l-ħaddiema.