Coronavirus Futbol Sport

Il-Premier League sospiż b’mod indefinit minħabba l-pandemija tal-coronavirus

(Ritratt: EPA)

F’laqgħa li saret bejn it-timijiet kollha tal-Premier League, ġie ikkonfermat li l-kampjonat ġie sospiż b’mod indefinit sakemm ikun sigur għal kulħadd li jkun jista’ jitkompla.

Intant, fl-istess laqgħa l-Premier League ħabbret li se tkun qed tikkonsulta hi lill-plejers biex ikollhom tnaqqis ta’ 30% fil-paga annwali wara li numru ta’ plejers minn klabbs madwar l-Ewropa qegħdin jagħmlu dan. Minbarra dan il-Premier League tat donazzjoni donazzjoni ta’ €22 miljun lill-NHS u allokat fondi biex tgħin lill-bqija tad-diviżjonijiet fil-Ingilterra.