Kultura Lokali

Imniedi ktieb dwar il-Kurċifiss ta’ Ġieżu

Il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu, kurċifiss bi storja twila, storja li issa tinsab miġbura kollha fi ktieb wiehed.

Dan il-ktieb ġie mniedi fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta fil-ġurnata ddedikata lid-Duluri.

Tkellimna ma’ Christian Attard, l-editur ta’ din il-pubblikazzjoni, li qalilna li fost ħafna aktar fil-ktieb, wieħed jista’ jsib il-mod ta’ kif issawwar dan il-kurċifiss tas-Seklu 17 u l-materjal li ntuża, fost ħafna aktar informazzjoni unika.

Net News tkellem ukoll ma’ Keith Scicluna li jifforma parti mill- Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss. Hu qalilna li f’din il-pubblikazzjoni, wieħed jista jsib bosta affarijiet interessanti fosthom x-ray komplut tal-kurċifiss u stejjer li jabbinaw dan il-kuriċifiss ma’ dak li jinsab f’San Marcello f’Ruma.

Minħabba ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa, qed tkun offruta il-faċiltà ta’ delivery f’kull lokalità madwar Malta u Għadex ghal dawk li huma interessati jakkwistaw dan il-ktieb. Ghal snin twal baqa’ qatt ma sar maghruf fejn inħadem il-Kurċifiss mirakoluż, pero probabbilment sar f’Malta. Dak li nafu hu li huwa wieħed mill-isbaħ kurċifissi f’pajjizna.