Lokali

Inċident bejn tliet vetturi f’Tas-Sliema

Fl-aħħar ħinijiet jidher li seħħ inċidenti fi Triq ix-Xatt f’Tas Sliema.

Skont ritratti li rċivejna jidher li dan l-inċident seħħ bejn żewġ vetturi u trakk tal-ikel.

Għal xi raġuni mhux magħrufa vettura minnhom tilfet il-kontroll u daħlet f’vettura oħra li kienet tinsab ipparkjata fil-post. Il-vettura li kienet stazzjonata fil-post u li b’xorti ħażina għandha ħsarat kbar kawża tal-inċident, hija tad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna, b’xorti tajba jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.