Futbol Sport

Jista’ jkun hemm tibdil fl-età għall-plejers eliġibbli li jieħdu sehem fit-tournament tal-fubol tal-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Il-limitu tal-età għall-plejers eliġibbli li jikkompetu fit-tournament tal-futol tal-Olimpjadi tista’ tinbidel biex dawk li kienu eliġibbli li jikkompetu fl-Olimpjadi tas-sajf li ġej ikunu jistgħu jikkompetu f’dawk li se jsiru s-sena d-dieħla wara li ġew posposti minħabba l-coronavirus. Dan ġie mħabbar mill-FIFA, normalment il-plejers li jieħdu sehem iridu jkunu kollha taħt it-23 sena b’kull tim ikollu permess li jutilizza tliet plejers ikbar mill-età stipulata.

Il-FIFA waqqfet grupp ta’ esperti biex jagħtuha pariri dwar id-deċiżjonijiet li qed tieħu minħabba l-coronavirus. Dan il-grupp jidher li ddeċieda li dawk eliġibbli li jikkompetu jridu jkunu twieldu fl-1 ta’ Jannar 1997 jew wara. Il-grupp irrakkomanda wkoll li għandu jkun hemm il-posponiment tal-logħbiet internazzjonali kollha skedat għall-Ġunju. Deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-FIFA Bureau fil-ġranet li ġejjin.