Lokali Saħħa

Mara ssofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet bir-rota fil-Mosta

Ritratt: Matthew Tabone

Mara ta’ 38 sena mir-Renju Unit residenti l-Mosta qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali. Kienu għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin ta’ filgħodu f’jum id-d-Duluri, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Kultellazz, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara waqgħet bir-rota u sofriet xi ġrieħi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.