Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Numru ta’ aġenti jiċħdu żieda fil-prezz tal-mediċini

“Minn naħa tagħna ma kien hemm l-ebda żieda fil-prezz tal-mediċina”. Hekk sostnew kelliema tal-kumpanija Pharmabart Limited, distributuri tal-pilloli, Crescent Paracetamol 500mg X 100.

Fi stqarrija huma ddikkjaraw li huma ma żidux il-prezz u kkonfermaw li l-prezz rakkomandat minnhom għadu l-istess, jiġifieri dak ta’ €1.50 kull pakkett.

Wieġbu wkoll kelliema għal Charles de Giorgio Ltd fejn saħqu li ma seħħ l-ebda tibdil fil-prezz fil-mediċini tad-Dijabete Novorapid u Humulin.

Dan filwaqt li Vivian Corporation, id-distributuri lokali ta’ Remedica Ltd – li jimmanifatturaw l-mediċina Alopron 100mg – saħqu li l-prodott mhux suppost qed jinbiegħ l-ispiżeriji mqassma fil-komunità. Huma spjegaw li l-Alporon 300mg jinsabu fl-ispiżeriji privati – liema prezz baqa’ ma nbidilx.

It is to be noted that this product is not sold to community pharmacies. It is the Alopron 300mg that is found on the private market, the price of which has not changed.

Dan jikkontradixxi rapporti li waslu għand NET NEWS fl-aħħar jiem mingħand diversi individwi.