Il-captain ta’ Liverpool, Jordan Henderson u sieħbu fit-tim, James Milner jinsabu fuq quddiem biex jorganizzaw fond, biex jinġabru fondi għall-NHS f’dan iż-żmien ta’kriżi madwar id-dinja.
Din l-inizjattiva ġiet wara li aktar kmieni l-Premier League qalet li se tkun qed tiddiskuti mal-plejers biex ikollhom tnaqqis fil-pagi tagħhom minħabba l-kriżi tal-coronavirus. Intant, il-plejers ta’ Manchester United se jagħtu 30% tal-paga tagħhom biex dawn il-flus imorru biex jgħinu sptarijiet u servizzi oħra tas-saħħa madwar l-Ingilterra.
//= $special ?>