Futbol Sport

Il-federazzjoni Belġjana b’taħdidiet mal-UEFA biex timijiet Belġjani jkunu jistgħu jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej

(Ritratt: EPA)

Il-federazzjoni tal-futbol Belġjana (KBVB) tinsab f’diskussjonijiet mal-UEFA biex it-timijiet Belġjani jikkompetu xorta waħda fil-kompetizzjonijiet Ewropej is-sena d-dieħla. Dan wara li nhar il-Ħamis, il-federazzjoni Belġjana ħabbret li se tkun qed tikkanċella l-kampjonat u b’hekk Clubb Brugge ġew inkurunati champions.

Bejn il-Ġimgħa u lbieraħ kien hemm numru ta’ diskussjonijiet bejn il-President tal-federazzjoni Belġjana, Mehdi Bayat u l-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin. Fi stqarrija l-federazzjoni Belġjana qalet li se tkun qed tagħti r-raġuni tagħha l’għaliex ikkanċellat il-kampjonat quddiem l-eżekuttiv tal-UEFA kmieni l-ġimgħa d-dieħla Il-UEFA aktar kmieni din il-ġimgħa min naħa tagħha ħabbret li dawk l-kampjonati li se jkunu qegħdin jitwaqqfu u ma jitkomplewx wara li tgħaddi l-imxija tal-coronavirus se jkunu qed jirriskjaw li t-timijiet tagħhom ma jitħallewx jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej is-sena d-dieħla.