Coronavirus Futbol Sport

Il-Premier League jista’ jiffaċċja penali ta’ €865 miljun jekk il-kampjonat ma jitkompliex

(Ritratt: EPA)

F’konfernza permezz tal-mezzi soċjali, l-Premier League qal li jista’ jaffaċċja multa ta’ €865 jekk il-kampjonat ma jitkompliex. Dawn il-flus jistgħu jintgħalbu mis-servizzi tat-televiżjoni li għandhom id-dritt li jxandru dawn il-partiti.

Waqt il-laqgħa sar ukoll magħruf li l-probabilità hi li l-partiti kollha jintlagħbu bil-biben magħluqa u jekk il-kampjonat jiġi kkanċellat jintilfu bosta flus ta’ sponsors. Fl-istess konferenza ħadu sehem il-PFA, li hi l-assoċjazzjoni tal-plejers professjonali tal-futbol fl-Ingilterra, bil-Premier League jispjega kif m’għandux il-poteri li jitlob lil plejers li jkollhom tnaqqis ta’ 30% fil-paga tagħhom iżda jridu jkunu l-plejers stess li jiddeċiedu.