Ambjent Lokali Sport

Il-KNŻ ifaħħar l-inklużjoni ta’ kelliem tal-PN għall-Emerġenza fil-Klima

Fi stqarrija l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ faħħar id-deċiżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li nkluda kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Emerġenza fil-Klima. Dan is-suġġett se jkun fil-portafol tad-Deputat David Thake.

Fid-dawl tar-responsabbiltajiet ġodda ta’ kull deputat mħabbra mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ fi stqarijja rringrazzja wkoll lid-Deputat Ryan Callus għall-ħidma tiegħu bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u aktar speċifikament għall-appoġġ li wera lill-Kunsill.

KNŻ qed jħarsu ‘l quddiem biex jiltaqgħu u jiddiskutu kwistjonijiet taż-żgħażagħ mad-Deputat Robert Cutajar, li apparti li se jibqa’ Whip tal-Oppożizzjoni, kien maħtur bħala Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport tul Ħajjitna, l-Volontarjat u l-Ġlieda kontra l-Obesita’. Huma awguraw lil Robert Cutajar fil-kariga l-ġdida tiegħu.

Il-KNŻ tttama li dan joħloq diskussjoni aktar tanġibbli kemm mal-Oppożizzjoni kif ukoll mal-Gvern.

Il-Kap tal-PN f’waħda mill-inizjattivi ambjentali