Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

Inizjattiva mill-Kamra tal-Kummerċ biex tistudja xenarji possibbli wara l-Covid-19

Il-Kamra tal-Kummerċ illum ġabbret illi waqqfet grupp ta’ esperti biex jippreżentaw xenarji possibbli ta’ kif se tkun qed tinbidel l-ekonomija ladarba tgħaddi l-pandemija tal-Coronavirus. Dan il-grupp se jkun qed jippreżenta strateġiji u inizjattivi varji, skont ix-xenarji differenti.

Fi stqarrija intqal li l-Kamra tal-Kummerċ qed tħejji għal dak li ħafna diġa’ qed jiddeskrivu “in-normalità il-ġdida”.

“Irridu nkunu preparati biex naħtfu kull opportunità”, stqarr il-Perit David Xuereb, President tal-Kamra tal-Kummerċ.

Dan il-grupp se jkun qed iħejji strateġiji kemm fuq bażi short term, kif ukoll medium u long term.

Dan il-grupp hu immexxi minn Joshua Zammit u fih jinkludi kapijiet eżekuttivi ta’ kumpaniji, imprendituri kif ukoll akkademiċi.