Formula 1 Sport

“Kull darba li nsuq għall-Ferrari dejjem inħossni emozzjonat” – Charles Leclerc

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq promettenti tal-Ferrari, Charles Leclerc jinsab iqatta’ dan iż-żmien diffiċli fid-dar tiegħu f’Monaco. Hu ħa l-inizjattiva biex jikkomunika mas-segwaċi tiegħu u permezz tal-midja soċjali wieġeb uħud mill-mistoqsijiet tagħhom. Hu qal li l-idolu tiegħu sa minn meta kien żgħir, dejjem kien is-sewwieq Ġermaniż Michael Schumacher u dejjem kien impressjonat bil-kapaċità tiegħu fil-Formula 1.

Leclerc li issa ilu ftit iktar minn sena li ingħaqad ma’ Ferrari mingħand is-Sauber qal li kull darba li jsuq għall-Ferrari dejjem iħossu emozzjonat. Bħalissa Charles Leclerc qiegħed jieħu sehem fil-Grand Prix loi qegħdin isiru b’mod virtwali wara li t-tlielaq kollha sal-Grand Prix tal-Ażerbajġan ġew posposti b’dawk tal-Awstralja u ta’ Monaco ġew ikkanċellati.