Futbol Sport

L-Irlanda jkeċċu l-kowċ tagħhom Mick McCarthy

(Ritratt: EPA)

L-assoċjazzjoni tal-futbol Irlandiża (FIA), ħabbret li keċċiet lil kowċ Mick McCarthy wara t-tieni esperjenza tiegħu bħala kowċ ma’ dan it-tim u b’mod immedjat minfloku ħatret lil Stephen Kenny. McCarthy ħa f’idejh it-tmexxija tal-Irlanda f’Novembru tal-2018 u kien se jmexxi lill-Irlanda għall-playoffs tal-EURO 2020 qabel ma’ dawn ġew posposti minħabba l-coronavirus. L-aħħar partita ta’ McCarthy kienet id-draw ta’ 1-1 kontra d-Danimarka f’Novembru li għadda.

Kenny kien se jieħu post McCarthy wara l-EURO iżda fi kliem l-FIA din kienet it-triq il-quddiem. Kenny ta’ 48 sena, ġie promoss minn kowċ tal-iskwadra tal-21 sena għal kowċ tal-iskwadra nazzjonali Irlandiża.