Coronavirus Lokali

L-MDA b’direzzjoni biex ix-xogħlijiet ma jibdewx qabel it-8am

Industrija li fuqha jiddependu 16,000 ħaddiem

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA, tifhem l-inkonvenjent inevitabbli għall-pubbliku kkawżati mill proġetti ta’ kostruzzjoni li għaddejjin bħalissa, partikolarment tħaffir u t-twaqqigħ. 

Għalhekk l-MDA lesta li tiddiskuti mal-awtoritajiet dwar tnaqqis temporanju fis-sigħat tax-xogħol tal-industrija tal-kostruzzjoni matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida minħabba l-coronavirus.

Għalkemm id-direzzjoni mogħtija mill-awtoritajiet għall-industrija matul is-snin li għaddew kienet dejjem li x-xogħlijiet jistgħu jibdew biss fis-7 ta’ filgħodu, l-MDA, fuq inizjattiva tagħha stess, qed tagħti direzzjoni lill-membri tagħha biex ix-xogħol jibda biss wara t-8 ta’ filgħodu. Din l-inizjattiva għandha tgħin fit-tnaqqis tal-inkonvjent lir-residenti matul ħinijiet sensittivi.

L-MDA qed tipproponi wkoll li l-Gvern javża lill-kunsilli lokali u l-uffiċjali tal-komunità sabiex jinforzaw il-liġijiet tal-kostruzzjoni u jiżguraw li dawn jiġu osservati bis-sħiħ.