Coronavirus Lokali

“Light The Sky” – il-mixgħela fis-smewwiet

Light The Sky huwa l-isem ta’ mixgħela fis-smewwiet li saret minn kumpanija privata biex trodd ħajr lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa; dawk li jinsabu quddiem nett fil-ġlieda kontra l-COVID-19.

L-inizjattiva Light The Sky bdiet wara li numru ta’ kumpanji li jipprovdu servizzi awdjo-viżiv intalbu biex jieħdu sehem f’din l-inizjattiva.

Oriġinarjament din l-inizjattiva bdiet fl-Olanda u numru ta’ kumpaniji madwar id-dinja komplew ikabbruha.

Fil-filmat li intbagħat lil Net News jidhru l-ħaddiema tal-kumpanija Studio7 jħejju kollox biex ma’ nżul ix-xemx id-dwal jidhru fis-smewwiet.

Mhux hekk biss, iżda tidher tixghel il-frażi GRAZZI bl-Ingliz – THANK YOU lill-infermiera, tobba u l-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa, inkluż il-ħaddiema f’kull livell li huma impjegati fl-isptarijiet.

Dan l-avveniment dam għal madwar nofsiegħa u ħafna setgħu jgawduh mid-djar tagħhom.