Coronavirus Futbol Sport

Liverpool jisfurzaw lil uħud mill-ħaddiema jieħdu l-leave

(Ritratt: EPA)

It-tim mill-Premier League Ingliż, Liverpool, sfurzaw uħud mill-ħaddiema tagħhom biex jieħdu l-leave. Liverpool tennew iżda, li dawn il-ħaddiema xorta se jibqgħu jitħallsu. Fi stqarrija uffiċjali Liverpool qalu li qabel ħadu din id-deċiżjoni kien hemm qbil unanimu bejn it-tmexxija tal-klabb li l-ebda ħaddiem ma kien se jitlef l-impjieg tiegħu.

Il-Gvern Ingliż nieda skema b’rabta mal-pandemija tal-coronavirus, biex dawk il-ħaddiema li jieħdu leave sfurzat, il-Gvern huwa mpenjat li jħallas 80% tas-salarju tagħhom. Liverpool ikkonfermaw li se jkunu qegħdin iħallsu l-20% l-oħra biex il-ħaddiema tagħhom jirċievu s-salarju sħiħ.

Nhar il-Ġimgħa l-Premier League ħa d-deċiżjoni li jissosspendi l-kampjonat b’mod indefinit minħabba l-coronavirus. It-timijiet ta’ Norwich, Tottenham, Bournemout u Newcastle ħabbru li huma wkoll sfurzaw lill-ħaddiema tagħhom biex jieħdu l-leave. Liverpool jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’25 punt vantaġġ u kien jonqoshom biss żewġ rebħiet biex jiġu nkurunati champions.