Lokali

“Partit impenjat għall-isfidi tal-lum u tal-ġejjieni” – PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia alloka r-responsabbiltajiet lill-membri kollha tal-Grupp Parlamenari, f’mument meta Malta għaddejja minn fażi ta’ sfidi kbar u ta’ trasformazzjoni radikali.

Fi stqarrija, il-PN qal illi dawn l-isfidi qed jolqtuna llum u se jkomplu jolqtuna fil-ġejjieni. Il-Partit Nazzjonalista huwa u se jkun dejjem ippreparat bl-aktar mod proattiv u mpenjat għall-isfidi kollha li għandna quddiemna bħala nazzjon u poplu Malti.

“Għalhekk li t-tqassim tar-responsabbilitajiet differenti qed iseħħ kemm sabiex isir l-aħjar użu mit-talenti kollha fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-Partit kif ukoll biex inħarsu lejn dak kollu li pajjiżna jeħtieġ illum aktar minn qatt qabel”.

Fl-istqarrija intqal li l-prijoritajiet jinkludu l-Emerġenza tal-Klima, it-tiġdid tad-dinja tax-xogħol bl-isfidi li din qed tirrapreżenta fuq il-ħarsien tal-impiegi, kif għandna noħolqu opportunitajiet ġodda għall-poplu kollu, u t-Tisħiħ tad-Demokrazija.

Fl-istess ħin għandna opportunitajiet illi jinkludu l-abbilta’ kif nimirħu f’Soċjeta’ Diġitali u li niffaċċilitaw aċċessibilita’ ferm aħjar għall-Fondi Ewropew.

Pajjiżna qed jiffaċċja sfidi għat-turiżmu f’dinja ġdida, għal pensjonijiet adegwati u sostenibbli u fil-ġlieda kontra l-faqar ta’ kull tip. Irridu nżidu l-impenn tagħna għal Għawdex u l-Iżvilupp Reġjonali, u li niggarantixxu l-Ugwaljanza Vera kif ukoll l-għarfien u tisħiħ tal-persuni kollha b’mod sħiħ.

L-impenn proattiv tal-Kap tal-Partit flimkien mal-Grupp Parlamentari kollu huwa li l-ħidma f’dawn l-oqsma kollha trid tassigura l-ħarsien tal-persuna bħala l-veru ċentru tal-ħidma politika kollha tagħna b’garanzija ta’ kwalita’ ta’ ħajja aħjar għal kull persuna mingħajr distinzjoni, f’soċjeta’ li jimpurtaha.

Dan huwa l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista bir-responsabbiltajiet ġodda ta’ kull deputat:

Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni – Adrian Delia

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament – David Agius – Kelliem għall-Familja b’saħħita, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit – Robert Arrigo Kelliem għall-Isfidi fit- Turiżmu f’Dinja Ġdida

Whip tal-Oppożizzjoni – Robert Cutajar  – Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport tul Ħajjitna, il-Volontarjat u l-Ġlieda kontra l-Obesita’

Deputy Whip – Frederick Azzopardi

Karol Aquilina – Kelliem għall-Governanza Tajba, Tisħiħ tad-Demokrazija, għaċ-Ċittadinanza u r-Riforma tas-Servizz Publiku

Jason Azzopardi – Kelliem għall-Ġustizzja

Ivan Bartolo – Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Glieda kontra l- Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u l-Eskluzzjoni Socjali

Ivan J. Bartolo – Kelliem għall-Soċjeta’ Diġitali

Toni Bezzina – Kelliem għat-Trasport u Mobilità, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Claudette Buttigieg – Kelliem għall-Ugwaljanza Vera u Sħiħa, u Deputat Speaker

Ryan Callus – Kelliem għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma

Therese Comodini Cachia – Kelliem għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Media

Kevin Cutajar – Kelliem għall-Artijiet, l-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli

Mario de Marco – Kelliem għall-Finanzi

Kristy Debono – Kelliem għall-Investiment Ekonomiku u Negozji Żgħar, s-Servizzi Finanzjarji u l-Aċċessibilita għall-Fondi u Budget Ewropej

Maria Deguara – Kelliem għall-Anzjanità Attiva u Inklussiva u l-Persuni b’Abiltajiet Differenti

Beppe Fenech Adami – Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

Mario Galea – Kelliem għas-Saħħa Mentali, Ħarsien tal-Persuni b’Mod Sħiħ, Kura fil-Komunità, Dimensja, l-Ġlieda Kontra d-Diabete, u Drittijiet tal-Annimali

Karl Gouder – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet

Claudio Grech – Kelliem għall-Ekonomija

Carmelo Mifsud Bonnici – Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja Mingħajr Fruntieri

Clyde Puli – Kelliem għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv

Chris Said – Kelliem għall-Għawdex u Riformi Kostituzzjonali

Hermann Schiavone – Kelliem għall-Industrija tal-Catering u Divertiment, Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika

Stephen Spiteri – Kelliem għas-Saħħa

David Thake – Kelliem għall-Ambjent u l-Emergenza tal-Klima

Edwin Vassallo – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi