L-Arċisqof Charles J Scicluna lbieraħ ħabbar li fl-14 ta’ Settembru se jkun organizzat Pellegrinaġġ Nazzjonali bix-xbieha tal-Kurċifiss Mirakoluż li jinsab fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.
Hu ħabbar dan fi tmiem l-omelija tiegħu f’quddies ċelebrata f’Jum id-Duluri fl-istess knisja.
L-Arċisqof spjega li dan il-pellegrinaġġ ikun organizzat jekk sa dakinhar l-awtoritajiet ikunu taw l-approvazzjoni tagħhom għal manifestazzjoni pubbliċi f’każ, naturalment, li d-dinja tkun ħelset minn din il-pandemija tal-coronavirus.
//= $special ?>