Internazzjonali

Persuna mejta fi splużjoni qawwija ta’ gass ‘il barra minn Moska

Ritratt: tvoeorehovozuevo
Jindarbu 4 persuni oħra hekk kif iġġarrfet binja t'appartamenti

Splużjoni qawwija, kawża ta’ leak ta’ gass f’binja ta’ appartamenti fir-Russja s-Sibt waranofsinhar, wasslet biex tal-anqas inqatlet persuna u ndarbu 4 oħra.

Kawża tal-ispużljoni ukoll, iġġarrfet parti mill-binja ta’ 5 sulari li tinsab fil-belt ta’ Orekhovo-Zuyevo, 80 kilometru ‘l barra fil-lvant mill-kapitali Russa, Moska.

Ritratti u filmati li ċċirkulaw fuq il-media soċjali juru kif sezzjoni sħiħa tal-binja, minn taħt il-bejt sal-ewwel sular, spiċċat mirduma taħt it-tifrik.

Skont il-Ministeru Russu tal-Emerġenza, il-ħruġ ta’ gass seħħ fit-tielet sular tal-binja. B’hekk kawża tal-inċident, ġiet evakwata l-binja kollha u skattat operazzjoni ta’ salvataġġ mill-forzi dixxiplinati u l-awtoritajiet tas-saħħa Russi.