Coronavirus Internazzjonali

Rekord ta’ imwiet fi New York

Il-lockdown ħalla riżultati pożittivi immens

Fl-Istat ta’ New York kien hemm rekord ta’ fatalitajiet fl-aħħar 24 siegħa. F’ġurnata waħda, il-mejta kienu jgħoddu 630 persuna biex b’hekk it-total ta’ vittmi issa hu ta’ 3,565.

F’dan l-istat Amerikan hemm nies pożittivi daqs kemm hemm fl-Italja kollha – aktar minn 113,000 persuna morda bil-Covid-19.

Fl-Istati Uniti, aktar minn 7,000 persuna mietu bil-Coronavirus.

Intant, studju li ħareġ mill-Imperial College ta’ Londra juri li mad-59,000 persuna ġew salvati b’inizjattivi stretti ta’ lockdown li ħadu l-gvernijiet Ewropej. L-istudju juri li pajjiżi li obligaw lin-nies jibqgħu fi djarhom, kienu kapaċi jsalvaw lil eluf ta’ persuni milli jintlaqtu minn din il-marda.