Għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li żagħżugħ ta’ 29 sena laqat 5 vetturi fi Triq Ġorġ Borg Olivier, il-Mellieħa, waqt li kien qed isuq trakk tal-għamla DAF.
Fuq il-post kellhom jissejjħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jgħinu lis-sewwieq joħroġ mit-trakk. Wara, ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar kura.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>