Coronavirus Sport Sport Ieħor

Simona Halep tieħu l-att pożittiv mill-kanċellazzjoni tat-tournament ta’ Wimbledon

(Ritratt: EPA)

F’intervistà ma’ ġurnal internazzjonali, it-tennista Simona Halep qalet li minħabba li t-tournament ta’ Wimbledon ġie kkanċellat hi tista’ żżomm it-titlu tagħha għal sena oħra. Is-seed numru tnejn fid-dinja kienet se tkun qed tiddefendi t-titlu tagħha fis-sajf li ġej fit-tournament ta’ Wimbledon qabel mal-logħob tat-tennis kollu li jintlgħab fuq il-ħaxix ġie kkanċellat.

Halep, qalet li l-problema tal-coronavirus hija problema globali u ddiskrivita bħala waħda kbira. Hi kompliet li għaliha t-tennis mhuwiex kollox, minkejja li huwa wieħed mill-prijoritajiet f’ħajjitha.

“L-għar ħaġa li tista’ tiġri hi li jitħassar kull tournament li kellna pjanat għal din is-sena”, stqarret it-tennista.

Ir-Rumena kompliet li għandna nisimaw minn dak li qed jgħidula l-awtoritajiet tas-saħħa.  Halep qalet li dan huwa l-itwal pejodu f’ħajjitha li ma prattikatx l-isport favorit tagħha.